L-istorja tal-akkwakultura Ewropea tmur lura sekli sħaħ.
Mir-Rumani, li kienu jkabbru l-karpjun fl-għadajjar, sal-bdiewa tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tal-lum, dejjem ħdimna b’passjoni biex inġibu l-aħjar prodott mill-ilmijiet tagħna sa fuq l-imwejjed tagħna.
U issa, l-akkwakultura tal-UE qiegħda fuq quddiem nett fil-produzzjoni sostenibbli tal-ikel – ikel tajjeb għalina, tajjeb għall-pjaneta, u delizzjuż!
Kuljum, madwar l-UE kollha, il-produtturi tal-akkwakultura jaħdmu ħafna biex jieħdu ħsieb il-ħut, il-frott tal-baħar bil-qoxra, u l-algi tagħhom, u biex jipprovdulek ikel b’togħma tajba.

Kburin li qed nixħtu dawl fuq il-produtturi kapaċissimi fil-qasam tal-akkwakultura minn madwar l-UE.
Kollha kemm huma għandhom storja unika u impenjati tabilħaqq fl-akkwakultura sostenibbli, kemm jekk hija negozju tal-familja mmexxi tradizzjonalment kif ukoll jekk hija intrapriża b'teknoloġija avvanzata.
Mill-gajdri apprezzati għall-kwalità tagħhom tal-Kroazja, għall-algi tal-Iżvezja, li ma jagħmlux ħsara lill-klima, sal-gurbell rar delizzjuż ta’ Spanja, dawn il-produtturi qed jinnovaw u jadattaw biex jissodisfaw id-domandi tad-dinja tagħna li qed tinbidel.

Skopri...





Skopri aktar stejjer dwar proġetti innovattivi u individwi impressjonanti li qed jippromwovu prattiki ta' akkwakultura sostenibbli madwar l-UE.

Tixtieq issir taf aktar dwar x’qed jiġri fl-akkwakultura f’pajjiżek? Sir af dwar il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Assistenza fl-Akkwakultura. Dan is-servizz uniku jipprovdi informazzjoni u pariri lill-pajjiżi tal-UE u lill-persuni involuti fis-settur tal-akkwakultura tal-UE.